Ninsabu xahar u ftit jiem 'il bogħod mill-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' din is-sena.Ftit tal-jiem ilu tħabbru l-kanzunetta finalisti ta' din l-edizzjoni u ftit tal-jiem ilu t-tim ħabbar li l-band Differend Minds ħa jkunu fost il-mistiedna speċjali ta' din l-edizzjoni.

Il-paġna tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza introduċiet l-ewwel preżentatur għas-serata finali, serata li se ssir fi Pjazza Teatru Rjal fit-22 ta' Settembru. Huma kitbu, "Nintroduċu lil Chris X. Grech li se jkun qed jippreżenta l-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' din is-sena. Miegħu se tingħaqad preżentattriċi għat-30 edizzjoni ta' dan il-Konkors."

Għandkom ħjiel ta' min tista' tkun din il-preżentatriċi?


Gwida.mt