Fuq il-paġna ta' Facebook it-tim tal-Malta Fashion Week u Fashion Awards ħabbar aħbar li ħasdet lil ħafna speċjalment lil dawk, li ta' kull sena jagħtu s-sehem tagħhom fl-akbar avveniment tal-industrija tal-moda ġewwa pajjiżna.
"It-tim tal-Malta Fashion Week u l-Awards huwa mnikket ħafna bl-aħbar xokkanti li David Axisa ħalliena. David kien il-persuna teknika ewlenija tagħna li għal bosta snin ħa ħsieb id-dawl kollu mat-tim tiegħu fl-avvenimenti kollha tagħna u dejjem kien spalla li fuqha stajna nafdaw."
"Bi swied il-qalb profond, ngħaddu il-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familja tiegħu u lill-kollegi kollha tiegħu. Sakemm nerġgħu naraw Dave Axisa! J'Alla tistrieħ fil-paċi."
Aħna ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' David Axisa u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha tiegħu. Nitolbu li jsibu l-kuraġġ f'dan iż-żmien tant diffiċli.