Matul dawn il-jiem it-tim ta’ Popolin qiegħed isegwi mill-viċin l-elezzjoni Presidenzjali Amerikana fejn matul il-programm ser inkunu qegħdin insegwu l-andament tal-votazzjoni f’jum il-votazzjoni, fatti interessanti marbuta ma’ din l-elezzjoni u nifmhu eżatt kif taħdem is-sistema elettorali Amerikani.
Għal bosta Amerikani din hija elezzjoni storika, partikolarment għal mod ta’ kif żviluppat il-kampanja elettorali fix-xhur li għaddew. Jekk elett Trump ikun biss it-tieni eks-President li ġie megħlub f’elezzjoni u reġa' ikkontesta għal ta’ wara, minn naħa l-oħra Harris jekk eletta tkun l-ewwel President mara tal-Istati Uniti.
L-indikazzjonijiet huma ċari li din se tkun rebħa għal Trump hekk kif qed igawdu l-maġġoranza. Matul il-programm Quinton Scerri ser jitkellem ukoll ma’ Amerikani sabiex nifmhu il-fehimiet tagħhom dwar din l-elezzjoni u l-futur tal-Amerika.
Popolin jixxandar l-Erbgħa fid-21:15pm fuq TVM.