Skond pedjatra lokali ewlieni, it-tfal għandhom jingħataw il-vaċċin kontra il-Covid-19. Din mhux biss biex tipproteġi lit-tfal iżda biex tiżdied l-immunità tal-popolazzjoni. 


“Għalkemm il-COVID, fil-biċċa l-kbira, ma jaffettwax lit-tfal daqs l-anzjani, kien hemm xi tfal li kienu morda pjuttost bil-COVID,” il-pedjatra konsulent Simon Attard Montalto, li jmexxi d-Dipartiment tal-Pedjatrija fi ħdan l-Università ta’ Malta, spjega.


S’issa f’Malta, madwar ħamest itfal iddaħħlu l-isptar b’kumplikazzjonijiet serji wara l-COVID. Kollha rkupraw, qal.

Numru żgħir, inqas minn ħamsa, kellhom avvenimenti avversi moderati wara li tlaqqmu u kollha ġew solvuti

Times of Malta


Bernard Xuereb