It-TikToker Daniel Umanah, li jagħmel ukoll parti minn The Boys, ħabbar li se jkun qed jagħmel xi xogħol ta’ karita ġewwa n-Niġerja.

Daniel qal li jinsab ħerqan biex jiltaqa’ mal-familjari tiegħu, imma ħerqan ukoll biex ikompli dak li beda sentejn ilu, fejn kien ta’ kontribut għall-villaġġ IKOT IMO, l-istess villaġġ fejn għex missieru u ħallas sabiex tinbena knisja kattolika fil-post.

Sfortunatament, Daniel żied jgħid li minħabba l-pandemija ma nġabrux aktar flus, imma issa li ser jerġa’ jżur in-Niġerja ġabar il-permessi meħtieġa sabiex jinġabru dawn il-flus.

Minn qalbna ngħidu prosit kbira lil Daniel Umanah u nawgurawlu għaż-żjara li ser jagħmel fin-Niġerja.

Instagram / danielumanahofficial


Henzley  Bezzina