It-tifla tat-tieni rappreżentatriċi fil-Eurovision Song Contest, Gloriana Arpa Belli lbieraħ iċċelebrat għeluq l-40 sena! Gloriana hi kantanta wkoll u wieħed ma jistax jgħid li mhux ġejja minn familja mużikali.

Omm Gloriana, mhi ħadd ħlief Helen Micallef li flimkien ma' Joe Cutajar irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1972 bil-kanzunetta L-Imħabba. Iz-ziju ta' Gloriana, Renato Micallef, tliet snin wara fl-1975 irrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Singing This Song.

Barra minn hekk, dan l-aħħar rajna lil kuġina ta' Gloriana, Mria Spiteri tikkompeti kemm fl-Għanja tal-Poplu, kif ukoll fil-konkors kanzunetta Indipendenza. Gloriana hi miżżewġa lil Aurelio Belli li hu surmast ukoll! Insomma kif tistgħu taraw, il-mużika ddur mal-familja kollha minn kull aspett.

Aħna f'isem Gwida.mt nifirħu u nawguraw lil Gloriana għal sena mill-isbaħ, mimlija b'dak kollu li tixtieq f'qalbha inkluż ħafna mużika u gigs f'numru ta' postijiet. Awguri Gloriana.


Emil Calleja Bayliss