Aktar kmieni llum ġie mħabbar li t-tifel ta’ Lisa Marie Presley u n-neputi ta’ Elvis Presley, Benjamin Keough, tilef ħajtu. Jidher li l-ġuvni miet ilbieraħ b'ferita minn sparatura ta' pistola. Benjamin jiġi t-tifel ta' Lisa u l-mużiċist Danny Keough - u oħtu hija l-attriċi Riley Keough, li rajnieha f'numru ta' films matul is-snin, fosthom "The Lodge."

In-nanniet tiegħu huma Elvis u Priscilla Presley. Ommu tinsab qalbha maqsuma, kelliem tagħha qal li kien l-imħabba ta' ħajjitha u kienet tadurah! Ħafna kienu jxebbhu lil Benjamin ma' nannuh u f'ċertu ritratti wieħed faċilment jasal għal din il-konklużjoni. Il-ġuvni kellu biss 27 sena!

Facebook / Morning Express with Robin Meade


Emil Calleja Bayliss