Omm inkwetata dwar bintha xtaqet tiftaħ qalbha mal-grupp fuq Facebook, Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin, fejn tkellmet dwar il-klassi ġdida li qiegħda fiha bintha.

"Hi mummies illum kellna laqgha ta l iskola u sirna nafu kif gew it tfal fil klassijiet ... Il vera ninsab iddispjacuta li tifla tieghi ghax hi battuta spiccat ma klassi kollha batuti minflok jaqsumhom kif jamlu s-soltu..."

L-omm tkompli, "Ghalfejn qed jamlu hekk ? Mela tifla tieghi mhux bhal tfal ohra ? It-tifla ma waqfetx tibki u fejn qatt ma tatni kedded biex tmur l iskola, din sena ma tridx tmur. Qaltli 'Allura jien ghax injoranta qatt mhu ha inkun ma shabi?' ."

Imħassba, l-omm tkompli tikteb, "Mingħalihom li tfal ha jghinuhom hekk ? Jien niehu pjacir naraha ma min hu ahjar minnha u mhux ghar bhal kul omm..."

Fil-kummenti kien hemm min ma qabilx magħha, u ħass li hi sistema tajba għal bintha biex titgħallem iżjed sew, u ma tħosshiex stressjata meta forsi jkun hemm min iġib marki ogħla. 

X'taħseb dwar dan?

hg

Facebook/ Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin


Kyle Zarb