“It-Tifla Ċkejkna Tagħna Llum Għalqet 25 Sena” – Debbie Scerri

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta, żeffiena u mudella lokali Nicole Vella, li tiġi t-tifla tal-kantata lokali Debbie Scerri. F’dan il-jum għażiż Debbie tikteb messaġġ lil bintha u taqsam messaġġ mill-isbaħ biex turiha kemm tapprezzaha u tħobbha.

Debbie tikteb, “It-tifla ċkejkna tagħna llum għalqet 25 sena! Eżatt bħal leħħa ta’ berqa inti nbdilt f’mara sabiħa li kisbet tant u aħna kburin immens bik. Alla jbierek illum u dejjem. Ingawduk f’dan il-jum speċjali Nicole, inħobbuk għal dejjem.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Nicole l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mill-aqwa, mimlija ħafna esperjenzi sbieħ. Awguri Nicole!

Instagram / Debbie Scerri







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI