Permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, il-paġna Replay (Net Television) riċentament ħabbru li iben plejer tal-futbol lokali f’ pajjiżna m’għadx għandu traċċi ta’ kanċer. Infatti huma qalu li “testijiet li saru fl-aħħar jiem sabu li Luca Maia, it-tifel tal-eks plejer ta' klabbs lokali Patrick Maia, m'għadx għandu traċċi tal-kanċer f'ġismu.”

Huma żiedu jgħidu wkoll li ċ-ċkejken Luca “ilu mis-sena li għaddiet għaddej b'battalja kiefra imma kuraġġuża kontra din il-marda, fosthom diversi xhur fl-Ingilterra fejn kien qed jirċievi terapija intensiva.” Qalu wkoll li “il-kanċer kien infirex ma' partijiet oħra ta' ġismu u kellu 50% ċans li jgħix.” Fl-aħħar tal-ktiba tagħhom ma naqsux milli jirringrazjaw lill-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll lil Puttinu Cares għad-donazzjonijiet tagħhom fejn dawn ħallew il-frott!


Charlton Cefai