Wara ħafna xogħol! Wara ħafna sagrifiċċju jasal il-mument tant mistenni! Il-jum tal-gradwazzjoni! Mick, it-tifel tal-preżentatriċi Angie Laus u Duane Laus qasam żewġ ritratti mill-gradwazzjoni li saret ilbieraħ ġewwa l-Belt Valletta.

Hu temm b'suċċess il-kors bl-isem ta' Master of Arts in English u b'hekk ilbieraħ seta' jgawdi l-frott tal-ħidma tiegħu tul dawn l-aħħar xhur! It-tbissima ta' sodisfazzjoni fuq fommu u fuq fommu l-ġenituri u t-tfajla tiegħu ċertament juru kemm dan hu mument importanti!

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Mick kull suċċess. Ninsabu kuntent immens għalih u nittamaw li jinfetħulu ħafna opportunitajiet fil-qasam tiegħu! Nawgurawlek ħafna u ħafna aktar suċċess. Awguri Mick!

Facebook / Angie Laus


Emil Calleja Bayliss