Ilbieraħ kienet bla dubju ġurnata oħra speċjali għall-familja tal-kantanta Samaria Bezzina hekk kif fakkru sena minn meta saret omm Gigi! It-tifel twieled ġurnata qabel għeluq snin in-nannu Charles Bezzina, missier l-aħwa Bezzina.

Iċ-ċkejken Gigi twieled sewwa sew fis-seba’ u nofs ta’ filgħaxija fil-5 ta' Diċembru 2023. Ilbieraħ Samaria xerrdet filmat mill-isbaħ ta' binha li juri diversi mumenti prezzjużi tul din is-sena. Il-kantanta lokali kitbet, "It-tifel sbejjaħ tagħna jagħlaq sena llum! Ilkoll għandna bokka bik Gigi!"

Awguri doppja! Awguri lil Gigi f'għeluq is-sena, kif ukoll Awguri lin-nannu Charles!


Kyle Zarb