Wara s-suċċess ta’ l-ewwel staġun, is-sensiela satirika Maltija IL-PRESIDENT terġa’ lura bi 12-il episodju ġdid mimlija drama, kummiedja qawwija, u botti dwar il-klassi politika ta’ Malta.

L-attur maħbub Fabian Scerri de Carlo, rebbieħ ta’ l-unur għall-interpretazzjoni ta’ Peppi Azzopardi, se jerġa jkun il-protagonist f’din is-sensiela innovattiva li affaxxinat lill-udjenzi ta’ TOKIS. B’kitba u direzzjoni ta’ Pierre Portelli, it-tieni staġun ta’ IL-PRESIDENT ikompli minn fejn waqaf fl-ewwel staġun meta ħalla lill-udjenzi fuq ix-xwiek dwar jekk il-President tant maħbub tkeċċiex minn Sant Anton jew le.

Dan l-istaġun jinżel aktar fil-fond fis-soċjetà Maltija hekk kif il-karattri jiffaċċjaw id-dilemmi soċjo-politiċi l-aktar diskussi f’pajjiżna. Mir-rebħa ta’ mexxejja populisti sal-influwenza estensiva tal-midja soċjali fuq id-demokrazija, IL-PRESIDENT jipprovdi dehra awtentika tar-realtajiet ċari li qed jiffurmaw id-dinja tal-lum.

Prodozzjoni ta’ Diane Portelli għal Watermelon Media b’kollaborazzjoni ma’ GO Originals, it-tieni staġun ta’ IL-PRESIDENT jiddebutta esklussivament fuq TOKIS fuq GO TV kull nhar ta’ Tnejn, mill-6 ta’ Jannar 2025.

Titlifx l-aktar sensiela provokattiva fuq it-televiżjoni Maltija.


Gwida.mt