It-tieni darba li Malti wasal fuq X Factor Global mill-istaġun ta' din is-sena. Din id-darba kien imiss lil Edward Abdilla wara li Justine Shorfid spiċċat fuq din il-paġna tant popolari segwita minn tant u tant eluf!
Il-paġna spjegat li Edward kellu storja ta' qsim il-qalb meta tilef lil ommu ta' 58 sena, imma hu dejjem jimmaġinaha miegħu waqt li qed ikanta! Hawn tistgħu terġgħu tgħixu mill-ġdid l-istorja ta' Edward
Prosit Edward u nawguralek aktar u aktar suċċessi fil-fażijiet li jmiss! Awguri!