Bosta jinsabu ħerqanin għall-Junior Eurovision Song Contest u filfatt il-finali se jseħħ biss ftit jiem oħra, fil-21 ta’ Settembru. Bħalissa l-paġna tal-Junior Eurovision qiegħda tiżvela l-mistednin speċjali li se jkunu magħna waqt il-finali u ftit jiem ilu żvelaw li l-ewwel mistiedna ser tkun Gaia Gambuzza u t-tieni mistiedna ser tkun Chanel Monseigneur.

Issa għadu kemm ġie żvelat li t-tielet mistiedna hija Yulan Law. Hi għamlet suċċess kbir fid-dinja tal-kant u filfatt kienet rebħet il-Junior Eurovision fis-sena 2023 u kienet finalista fis-sena 2020 apparti li kienet finalista f’diversi kompetizzjonijiet tal-kant oħra bħal SanRemo.

Fuq il-paġna tagħhom il-Junior Eurovision kitbu, “MJESC2024 @yulanlaw_official se tkun waħda mill-mistednin speċjali li se tkun magħna fil-21 ta’ Settembru 2024 fuq TVM waqt il-finali li jibda fit-sitta ta’ filgħaxija.”

Aħna ħerqanin immens biex naraw x’ser tkun qed tagħtina fis-serata!

Facebook / Eurovision Song Malta u Yulan Law


Gabriella Borg