Daniela Vella għandha 36 sena u hija infermiera li taħdem fis-sala ta’ Disneyland, Mater Dei. Din l-infermiera taqsam magħna l-esperjenza tagħhom tat-tieġ tul din il-pandemija.
“It-tieġ kellna biża’ kbira ħabba l-covid u ħafna restrizzjonijiet. Kellna nneħħu numru ta’ inviti u kien hemm min ma fehemniex biżżejjed.” Dawn kienu kliem din is-Sinjura, li żżewġu riċentament f’Ottubru 2020. Tgħidilna wkoll li kellhom jonfqu ħafna iktar flus milli kienu preparati għalihom minħabba li t-tieġ kellu jsir bilqiegħda. Tgħidilna wkoll, "Ma kienet xejn faċli tara kif ser tpoġġi l-mistednin tiegħek madwar mejda għaliex mhux kulħadd jaqbel flimkien. L-iktar biċċa tas-swied il-qalb kienet; li n-nanniet kif ukoll membri oħra tal-familja li huma anzjani li jabitaw f’home jew vulnerabbli, ma setgħux jattendu.
Minkejja dawn l-intoppi kollha, Daniela tistqarr li t-tieġ xorta waħda kien ta' suċċess kbir għaliex finalment rnexxielhom jikkalmaw, ħareġ kollox kif xtaqu u ħadu gost flimkien mal-familji tagħhom.
“Nawgura lil koppji kollha sabiex ma jaqtgħux qalbhom u jgawdu din il-ġurnata tant speċjali għaliex tgħaddi bħal berqa.”
Daniela tgħidilna wkoll dwar dak li wassalha sabiex tidħol fil-karriera kurrenti. Tgħidilna li hija mara determinata li minkejja l-ostakli li ssib, dejjem jirnexxielha tasal fejn tixtieq.
Qabel laħqet infermiera kienet taħdem bħala teknixin tal-farmaċija fl-isptar ta’ Karen Grech. Kien hemm min qatalgħha qalbha u li mhix kapaċi. Il-kliem eżatt kien “There are more other caring jobs, such as working in a factory.”
Jgħaddu ħdax-il sena u Daniela tibqa’ tibqa’ sakemm tapplika. Tiġi aċċetata immedjatament u mhux talli tlestih, talli tiġi t-tielet fost l-istudenti mil-kors kollu. Daniela tħobbhom ħafna lit-tfal u hija wkoll clown doctor fejn tipprova tagħmilhom kuntenti, kif ukoll tisma’ l-problemi tagħhom sabiex tgħinhom kif tista’. Hija taħdem ukoll sabiex tgħin il-ġenituri f’din l-esperjenza iebsa.
Facebook / Daniela Vella