Waqt ġimgħa ġewwa l-Londra għal żjara statali, il-President Donald Trump kien qed joqgħod f’residenza tal-ambaxxata Amerikana. Iżda l-erbat itfal tiegħu m’għoġbithomx din l-idea!

View this post on Instagram

A post shared by President Donald J. Trump (@realdonaldtrump) on

Donald Jr, Eric, Ivanka u Tiffany iddeċidew li jqattgħu din il-ġimgħa f’Londra fil-lukanda Maltija Corinthia. Iżda dawn ma bbukkjawx kamra kull wieħed, imma sular sħiħ! F’dan is-sular kien hemm inkluż il-penthouse b’erbat ikmamar tas-sodda li tiswa £22,000 għal kull lejl!

View this post on Instagram

A post shared by Corinthia London (@corinthialondon) on

Tant it-tfal tal-President Amerikan riedu xi ħaġa speċjali, li saħansitra inkluż kellhom kantina għall-inbid u anke spa! Kellhom ukoll bar kbir mimli bix-xampanja, mejda għal għaxar persuni u kamra tal-banju magħmula mill-irħam u tip ta’ kristall. Naturalment kollox tal-ifjen kwalità! Dan mhux biss, għax jekk titla’ fit-terazzin tas-sular ta’ fuq tara xena mill-isbaħ ta’ Londra. Timmaġinak tqatta’ xi lejl hawnhekk?

@realdonaldtrump  @corinthialondon


Yasmin Camilleri