Proprju llum jaħbat għeluq snin Jade Vella, li għadna kif rajnieha fl-aħħar edizzjoni tal-festival l-Għanja tal-Poplu. Kif jafu ħafna Jade tiġi t-tifla ta' Janvil, u ftit jiem ilu, proprju nhar il-Ġimgħa fl-20 tax-xahar, ħu Jade Craig, ukoll kien qed jiċċelebra għeluq sninu. Jade għalqet 19-il sena filwaqt li Craig għalaq 15-il sena.
Ritratt: Facebook / Ian J Vella
Janvil xeħet ritratt ħelu sabiex jawgura lit-tfal tiegħu l-isbaħ xewqat. Ma tantx hemm bżonn wisq kliem, sejħilhom "ħajti", kelma li kull ġenitur jista' faċilment jirrilata magħha. Barra l-messaġġ ta' missiera, Jade kitbitilha wkoll ommha biex tawguralha l-isbaħ xewqat ommha, u Craig ukoll ħa l-opportunità jgħaddi l-isbaħ xewqat lil oħtu.
F'isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Jade u anke lil Craig l-isbaħ xewqat, b'sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbhom. Awguri mill-ġdid!
Facebook / Ian J Vella