Emily Jones, jew kif jafuha ħafna fuq Instagram miss_jones qed tikber u żżid fil-popolarità! F'temp vera qasir għandha madwar 60 elf persuna jsegwu l-profil tagħha. L-idea ta' Emily bdiet wara li bdiet tara numru ta' nisa sbieħ b'figura kabbarija fuq instagra.

Ritratt: Instagram / miss_jones

Hi tgħidilna li f'għajnejha dehru simili tagħha u tant spirawha li sabet ftit fiduċja fiha nnifisha, għax bdiet temmen li sbuħija qiegħda tabilħaqq fil-forom u daqsijiet kollha! Hi tisqarr magħna li wara li ommha mardet u hi kellha xi problemi ta' saħħa wkoll, xtaqet tibda proġett żgħir.

Ritratt: Instagram / miss_jones

Proġett sabiex iżomm ruħha okkupata u tiffoka l-enerġija tagħha fuq hekk! "Ħassejtni li kelli ħafna xi ngħid dwar suġġetti differenti, inkluż li tkun ta' figura kbira, li tbati minn diżabiltà u anke li tgħaddi minn żmien diffiċli fil-ħajja."

Ritratt: Instagram / miss_jones

Emily tgħid lil Gwida.mt li n-nies iħobbu jaraw kif nies oħra bħalhom qed jirbħu dawn l-isfidi. Minn hemm bdiet itella' ritratti tagħha, dejjem bil-messaġġ li temmen fih u minn hemm il-profil tagħha sploda. Tistqarr magħna li qatt ma stenniet reazzjoni daqshekk kbira f'qasir żmien u tgħid li xorta għadha tinsab ftit sorpriża dwar dan kollu!

Aħna f'isem Gwida.mt nawgurawlha biex tkompli twassal il-messaġġ pożittiv tagħha lid-diversi segwaċi tagħha li aktar ma jmur, qed jiżdiedu b'eluf!


Emil Calleja Bayliss