Għal xhur sħaħ, iċ-ċkejken Archie kien jinsab f’koma wara li kien involut f’inċident ġewwa d-dar tal-ġenituri tiegħu stess. Mis-seba’ t’April l’hawn, Archie baqa’ biss ħaj bil-magni u t-tobba wissew lill-ġenituri tiegħu li ma kienx hemm ċans għaċ-ċkejken li jerġa’ jqum.

Biss riċentament, il-ġenituri tiegħu fetħu battalja legali biex il-ventilatur li permezz tiegħu qalb binhom kienet għadha tħabbat, ma jintefiex. Il-ġenituri tiegħu qalu wkoll li saħansittra t-tfajjel kien qabad id ommu iżda dawn tilfu l-battalja u l-magni li permezz tagħhom kien għadu ħaj binhom intfew.

Omm Archie qalet li hija kburija li hi omm Archie u qalet li binha baqa’ jiġġieled sa l-aħħar ftit sekondi! Kelliema għall-familja tat-tfajjel qalet li “nittamaw li l-ebda familja ma jkolla tgħaddi minn dak li għaddejna aħna.”

Strieħ fis-sliem, Archie!


Charlton Cefai