Il-paġna lokali It-Temp Madwarna tħabbar li għandna nistennew li t-temperatura tibda nieżla. Kif ħafna żgur li nnottaw f'dawn l-aħħar jiem, it-temp kien wieħed pjuttost sħun, fejn ħafna reġgħu bdew igawdu l-baħar u l-attivitajiet relatati mas-sajf innifsu.
Il-paġna ħabbret, "Minn għada l-Erbgħa 20/9, it-temperaturi jibdew jitbaxxew gradwalment (ftit ftit)." Issa li l-Ħarifa tinsab wara l-bieb, żgur li bidla fit-temp hija mistennija u mixtieqa minn bosta, speċjalment dawk li x-xhur tas-sajf ma tantx huma l-favoriti tagħhom.
X'taħsbu minn din l-aħbar? Ħerqana li t-temp jibda jiksaħ jew inkella kontu tixtiequ li jibqa' sħun għal ftit jiem oħra?