"Ix-xitwa qiegħda wara l-bieb! Qed nistennew temperaturi ferm aktar friski nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta li ġejjin f'Malta u Għawdex." Hekk irrapurtat il-paġna Malta Weather fuq Facebook u probabbli ħafna minnkom diġà ħassew id-differenza!
Kollox jindika li l-ogħla temperatura mistennija titla' sa 15°C-16°C biss. Barra minn hekk għandna nistennew riħ qawwi u ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu qawwija u bir-ragħad b'ċans ukoll ta' silġ!
Tajjeb li wieħed jieħu ħsieb, jilbes sew u jekk ikollu bżonn joħroġ jaħseb ftit kmieni. Ġeneralment f'maltempata hemm jinħoloq ftit tat-traffiku u s-sewwieqa għandhom jattwaw iktar attenzjoni.
Frankie Buttigieg Photography