Jidher li ġejja tagħna! Hekk kif mill-ġimgħa li ġejja, it-temperaturi ħa jitilgħu b'mod drastiku. Dawk li jħobbu s-sajf, il-baħar u dak kollu li l-istaġun iġib miegħu ħa jkollhom xalata fil-ħmistax li ġejjin.

Il-paġna The Weather Page Malta ħabbret li, "It-temperatura f'Malta u Għawdex mistennija togħla b'mod sinifikanti mill-weekend li ġej u se tinħass SĦUNA daqs 37°C kultant fil-ġimagħtejn li ġejjin hekk kif arja sħuna mid-Desert tas-Saħara tidħol għal fuq iċ-ċentru tal-Mediterran!"

Ħerqana jew ħa tissakkru ġewwa taħt il-frisk tal-ac?


Emil Calleja Bayliss