It-temperatura medja dan is-sajf kienet 2°C ogħla mit-temperaturi li normalment kien ikollna bejn l-1981 u l-2010, qal l-MIA Met Office llum. Fi staġun ikkaratterizzat minn żewġ mewġiet tas-sħana għal diversi ġranet, l-uffiċċju qal li l-ogħla temperatura tal-arja tas-sajf intlaħqet kmieni meta telgħet għal 41.5 °C f’Ġunju u stabbilixxa rekord ġdid għall-iktar temperatura sħuna għax-xahar mill-1923.

Dan ir-rekord qabel kien miżmum sa Ġunju 2019, b'temperatura massima ta ' 37.8 ° C. Temperaturi simili ħafna għal dawk tal-istaġun li għadda ġew esperjenzati wkoll fl-2019 u fl-2012, bit-temperaturi massimi għal dawn iż-żewġ sjuf laħqu l-quċċata tagħhom f’39.6 ° C u 40.8 ° C, rispettivament. Kemm it-temperaturi massimi tal-arja ta’ Lulju li għadda kif ukoll ta' Awissu ta’ 38.0 ° C u 40.6 ° C kienu inqas mill-ogħla temperatura ta’ Ġunju.

Is-sajf beda b’temperatura medja tal-baħar ta ’ 23.4 ° C irreġistrata f’Ġunju u ntemmet bil-medja ta’ Awwissu ta ’ 29.0°C. Kellna total ta' 1001.6 sigħat xemxin f'pajjiżna matul is-sajf. F'Ġunju kien hemm 34 siegħa inqas ta' xemx, u f'Lulju 7.6 siegħa iktar. Skont il-MET Office matul ix-xahar ta' Awwissu kien hemm nuqqas ta' xita, il-kuntrarju ta' dak li kien mistenni.

Facebook/ Michigan International Speedway


Kyle Zarb