Janice tidher li tħobb tgawdi mill-armar tal-Milied, "l-Milied mingħajr tiżjin mhuhiex l-istess. Mingħajr ma trid it-tiżjin iġiegħlek tidħol aktar fl-ispirtu. Aħna d-dar nibdew narmaw qisu xi xahar qabel, u dan żgur li ma jkunx possibli kieku mhux għal ommi li għadha tieħu ħsieb tarma is-siġra tal-Milied, il-Bambin u l-presepju."
Meta staqsjeniha dwar x'kien l-isbaħ rigal li qatt rċeviet, Janice qaltilna: "L-isbaħ rigal hu bla dubju ta’ xejn ir-rigal tal-familja. Li nixtieq nirċievi dan il-Milied huma tliet affarijiet; il-paċi, il-kuntentizza u serħan il-moħħ." F'dawn iż-żminijiet aktar napprezzaw lil dawk qrib tagħna!
Il-Milied iġġib miegħu ferħ u nieket. Janice tistqarr, "L-isbaħ Milied li kelli żgur kien xi wieħed minn tfuliti, però dejjem nafni nieħu gost fl-ambjent ta’ għaqda. Dak l-ispirtu veru tal-Milied." Imma jġib miegħu forsi memorji mhux daqshekk sbieħ ukoll! "It-telfa ta’ missieri kienet proprju f’dawn iż-żminijiet ta’ festi u għaldaqstant mingħajr ma trid tiftakar f’dawn il-memorji però l-ħajja trid tibqa’ għaddejja...", tgħidilna Janice. Ċertament li l-kanzunetta li kellha fil-Malta Eurovision tal-2017 kienet memorja mill-isbaħ għal Janice biex isellem lil missierha!
Ħafna forsi kurjużi kif Janice tiċċelebra Jum il-Milied! Hi tgħidilna: "Jum il-Milied dejjem inqattgħu ma' tal-familja. Nagħmlu mezz biex dakinhar għal ħin ta’ nofsinhar inkunu kollha d-dar madwar il-mejda, lesti għall-ikel." Meta mistoqsija x'tixtieq għall-Milied, Janice kella risposta kemxejn ta' qsim il-qalb, "Onestament? Li nerġa nara lin-nannu tiegħi. Sewwa jgħid il-Malti li jkollok kemm ikollok flus, fil-ħajja l-aħjar affarijiet ma jinxtrawx."
Aħna nawguraw lil Janice u lil familja tagħha l-isbaħ xewqat f'dawn il-jiem ta' festi! Festi li żgur jimlew lil qlub bil-ferħ fl-ispirtu ħaj tagħhom!