Dr Nicholas Briffa kiteb fuq il-paġna tiegħu dwar frażi Taljana li tmisslu qalbu. Il-frażi ‘Ti voglio bene’.

Hu spjega, “It-Taljani jużaw frażi li vera tolqotni u naraha sabiħa – ‘ti voglio bene’ li tradotta b’mod kważi litterali għall-Malti naħseb li tiġi xi ħaġa bħal ‘irridlek il-ġid’. Ikunu qed jesprimu sentimenti sempliċi imma kompletament ġenwini u profondi, immarkati minn ġenerożità u qalb tajba. Jiena nemmen li din il-frażi tfisser li tassew tkun tixtieq li l-persuna l-oħra tħossha tajba u kuntenta. Għax meta inti tkun tħossok tajjeb, jiena wkoll inkun tajjeb.”

Tlett kliem sempliċi li flimkien ifissru frażi ġenwina li tmiss il-qlub. Kemm hi xi ħaġa speċjali li nkunu nixtiequ l-ġid lil ħaddieħor.

Facebook / Nicholas Briffa


Gabriella Borg