F’dawn l-aħħar jiem li ilna kwarantina, rajna bosta ideat u modi diversi kif wieħed qed jipprova jgħaddi l-ħin. Bosta qed jipprattikaw aktar dak li forsi ssoltu ma jkollhomx ċans jagħmlu. 

Fuq il-paġna uffiċjali ‘Faqa Pots’, ittellgħu għadd numeruż ta’ xtieli b’differenza. Fihom aktar kulur u disinji differenti. Uħud minnhom anke fihom messaġġ partikolari jew għal min huma dedikati. Dawn saru b'mod tassew kreattiv minn familjari li xtaqu jużaw ħinhom għal skop sabiħ

Tassew hawn talent f’pajjiżna u hi xi ħaġa sabiħa li b’affarijiet li nużaw fil-ħajja ta’ kuljum tkun tista’ tiftakar fl-għeżież tiegħek!


Kyle Zarb