Il-paġna tal-Malta Ranger Unit kitbu post dwar sitwazzjoni perikoluża li r-rangers qed isibu ruħhom fiha.

Ftit tal-jiem ilu diversi kaċċaturi bdew bojkott fuq ħanut partikolari talli appoġġja l-‘project 100’ ta’ Fabio Spiteri. Wieħed mill-kaċċaturi li qed jitlob għall-bojkott huwa kaċċatur ħati li qatel diversi ċinji protetti f’Marsaskala xi snin ilu. Ġurnata wara l-bojkott pubblika fuq Facebook, il-Malta Rangers Unit bdiet tesperjenza fastidju mill-kaċċaturi.

“Ir-Rangers tagħna kienu Għawdex biex jimmonitorjaw sit magħruf għall-illegalitajiet tal-kaċċa u l-insib, meta vettura bdiet issegwi r-Rangers tagħna,” qalet il-Malta Rangers Unit. "Ir-Rangers, li issa sfortunatament qed jidraw din l-imġieba, iddokumentaw l-okkorrenza f'każ li l-akkużat jippersisti."

“Wara siegħa u nofs u b’biżżejjed provi, waqfu barra l-Għassa tar-Rabat, bl-akkużat xorta jieqaf warajhom. Ġie preżentat rapport lill-Pulizija. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Uffiċjali tal-ħidma talli ħaduha bis-serjetà, u li sejħu wkoll minnufih lill-akkużat l-istazzjon biex it-tailgating jieqaf.”

Facebook/Malta Ranger Unit


Bernard Xuereb