Iktar minn xahar ilu, ġie mħabbar li għad m'hemmx riċerka li tgħid fiċ-ċert jekk l-arja kkundizzjonata taffetwax l-imxija tal-Covid-19.

Prof. Charmaine Gauci kienet qalet waqt il-konferenza li għad fadal studju xi jsir biex ikun hemm risposta żgura għal dan. Issemmi però li s-sistema hu mportanti li tiġi mnaddfa sew qabel tintuża u din hi xi ħaġa li tapplika għal kull żmien, mhux issa li hawn l-imxija biss.

It-tabib Dr. Frank Portelli kellu xi mistoqsijiet rigward anka x'temperatura l-aħjar li wieħed ikollu fl-arja kkundizzjonata. 

"L-aħjar li t-temperatura ma tkunx baxxa wisq għax il virus jħobb il kesħa għażel viċin 22/24°C żgur li ma nirrakkomandax 18°C żgur". Jikteb ukoll li "Waħda mir- raġunijiet li qiegħda tinxtered fil-postijiet fejn jipproċessaw il laħam ghax il ħaddiema jkunu jaħdmu fil-cold stores".

Facebook/ Frank Portelli


Kyle Zarb