Ħafna kienu dawk li qed jistaqsu min hu l-moħħ wara l-libsa li libset Destiny fl-ewwel prova tagħha. L-ispekulazzjoni ġriet u bdew jissemmew disinjaturi Maltin iżda wħud minnhom bdew isostnu li mhux huma u ġew imqabbda disinjaturi barranin għal din id-dehra. Wara ftit riċerka jidher li d-disinjatur wara d-dehra ta' Malta hu Sebastian Lojdkvist.
Sebastian Lojdkvist hu disinjatur Svediż li jidher li ġie nkarigat biex ilibbes lil Destiny fil-Eurovision Song Contest ta' din is-sena. Id-dinjatur jidher li ħadem mal-aqwa artisti Svediżi inkluż Charlotte Perelli li rebħet il-Eurovision Song Contest fl-1999 u rrappreżentat lil pajjiżha fl-2008.
"L-ewwel nett nixtieq ngħid, dawk li jħobbu l-mibegħda dejjem se jobogħdu. Imma ftakar li qed titkellem dwar tfajla ta ’18-il sena - u x'jagħtik id-dritt li titkellem dwar kif tidher u dak li tilbes? Kien unur għalija li ħloqt din id-dehra għal Destiny, hija dikjarazzjoni kuraġġuża." Hu jżid jgħid li d-dehra tagħha baqgħet ġovanili, divertenti u sa ċertu punt inkejjuża wkoll.
Hu jagħlaq billi jgħidilha, "It-23 000 kristall ileqq ma jistgħu qatt jiddu aktar minnek stilla. Int rebbieħa!"
Instagram / Sebastian Lojdkvist