Norman Hamilton qasam post mill-isbaħ kmieni dalgħodu, sabiex jawgura lil bintu Davinia l-isbaħ xewqat. Dan hu jum speċjali għal Norman u martu Josette, għaliex kienu saru ġenituri proprju f'dan il-jum.

Hu jikteb, "Illum it-18 ta' Ġunju kienet waħda mill-isbaħ ġranet ta' ħajjitna meta Josette welldet lit-tifla l-kbira tagħna Davinia. Waqt li qiegħda tikber dejjem kienet tfajla sabiħa u studjuża u dejjem kienet taf x’kien l-għan tagħha fil-ħajja. Kibret biex tkun tfajla li tħobb u tieħu ħsieb b’qalb tad-deheb - sabiħa minn ġewwa u minn barra!"

Norman ikompli billi jawgura lil bintu l-isbaħ xewqat lil bintu minn ommha, oħtha, Richard u hu. Fl-aħħar jgħidilha, jittama li jkollha s-saħħa, il-kuntentizza u s-suċċess filwaqt li jitlob li l-ħolm u l-apirazzjonijiet tagħha jsir reali.

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Davinia l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. It-talent tagħha fil-qasam tat-teatru u t-teatru mużikali huwa wieħed mill-isbaħ u nittamaw li jkollna aktar ċans narawha fi produzzjonijiet diversi. Awguri Davinia.


Emil Calleja Bayliss