Hemm raġunijiet kbar għalfejn, b’xi mod jew ieħor, it-toroq Maltin dejjem ikunu fuq fomm in-nies waqt kull coffee morning li tista’ timmaġina: jew għax dojoq u għax imserrpin, u jew għax tkun tħossok għaddej minn xi Grand Canyon lokali bl-ammont ta’ daqqiet li taqla’ l-karozza. U milli jidher, issa lanqas ix-xogħol taż-żebgħa mhu se jkun jista’ jaħrab mis-seba’ għajnejn tas-skrutinji professjonali li jifformaw il-poplu Malti.
Ma nkunux qed ngħaġġbuhom billi ngħidu li din il-ġimgħa feġġew aktar mis-soltu ritratti jmaqdru l-istat tat-toroq lokali, u din id-darba mhuwiex il-qatran li qed jaqla’, iżda ż-żebgħa li mbajjad bih.
Insemmu per eżempju l-kisja li ngħatat lil ċerta triq ġewwa l-Fgura li... ejja ngħidu forsi l-bajjad kien xoroblu grokk jew tmienja qabel ma għamilha.
Facebook / MDT
(Biex ngħidu kollox, dawn diġà tneħħew b’kisja żebgħa oħra, u għandhom dalwaqt jerġgħu jsiru mill-ġdid.)
Barra minn hekk, ġejna introdotti wkoll għal kelmtejn ġodda fir-repertorju tal-lingwa Ingliża, hekk kif skoprejna permezz ta' dan ix-xogħol fl-inħawi tas-Sliema u l-Gżira.
Facebook / MDT
U fl-aħħar nett, filwaqt li inizjattiva ħelwa, il-korsiji l-ġodda għar-roti donnhom sejrin għal ġol-ħajt... litteralment.
Facebook / Bicycle Advocacy Group
Tazzardaw toħorġu għal dik is-Sunday drive llum?
Facebook / MDT; Bicycle Advocacy Group