Ftit tal-ħin ilu, il-paġna uffiċjali ta' X Factor Malta kkonfermat b'mod esklussiv li X Factor ħa jkun qed jirritorna għat-tielet staġun tiegħu. Dan ifisser li wara Michela Pace u Destiny Chukunyere ħa jkollna rebbieħ jew rebbieħa oħra fix-xhur li ġejjin.

Il-ġlieda bejn il-kantanti għal dan it-titlu prestiġġjuż jidher li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin. Sorsi viċin tat-tim ta' Gwida.mt, qalulna li numru ta' kantanti ġa qed jiġu mħeġġa sabiex japplikaw għat-tielet staġun. Il-programm fl-ewwel żewġ edizzjonijiet tiegħu ra kantanti ġodda jispikkaw u jibbrillaw.

Barra l-kantanti ġodda, rajna wkoll kantanti li konna rajniehom f'xi kompetizzjonijiet oħra lokali iżda xtaqu sfida ġdida u mezz sabiex jaslu l-Eurovision Song Contest. Din is-sena għadu mhux magħruf jekk ir-rebbieħ hux ħa jkun qed imur il-Eurovision Song Contest, iżda jidher li l-probablità hi li l-premju din id-darba ħa jkun differenti.

Hemm xi kantant jew kantanta lokali li tixtieq tara f'dan l-ispettaklu din is-sena? Għidilna hawn taħt.


Emil Calleja Bayliss