Id-direttur Charles Stroud, li bħalissa għaddej b'tnejn mill-iktar produzzjonijiet għal qalb it-telespettaturi, qasam diżappunt li għandu wara l-filming tal-episodji l- ġodda tas-sensiela Ulied il-Lejl.
Jidher li waqt il-ġbid kien hemm mumenti ħelwin u indimentikabbli li ċertament mhux se jinsewhom it-tim. Madankollu mid-dehra ma ttieħdux ritratti bħala tifkira! "Irrabjat għalija nnifsi talli ma ħadtx ritratti lbieraħ waqt il-ġbid ta' Ulied il-Lejl. Mumenti mill-isbaħ li serquli l-attenzjoni tiegħu. Issa se jkollna nistennew sa April li ħej biex naraw ix-xeni."
Is-segwaċi tiegħu jinsabu ħafna aktar kurjużi issa u kkummentawlu li huma ħerqana biex jaraw x'imiss f'April!
Ulied il-Lejl qed jixxandar kull nhar ta' Tnejn fid-20:30 fuq NET TV. Fir-ritratt t'hawn taħt tidher xena minn dak li ġara fl-episodju ta' jumejn ilu.