Intervistat fuq il-programm Sibtek ta' Ryan, The Clintess stqarr mat-telepettaturi li mil-lum 'il quddiem, "Clinton Paul mar jorqod naqra għalissa. Mar jorqod raqda twila". The Clintess tgħid li hi taħdem ġo instituzzjoni finanzjarja u hemmhekk tilbes ta' raġel. 

"Jien naħdem f’instituzzjoni finanzjarja jiġfieri żgur ma mmurx bil-parrokka u bil-make -up. Għalkemm Ma fiha xejn ħażin!"

The Clintess tgħid li, "Naħseb bħala entertainer, The Clintess hija x-xow girl li dejjem xtaqt inkun. Dik tgħid ħafna jiġifieri. Mhux għax Clinton Paul ma kienx performer tajjeb, ħareġ 4 albums u  'l fuq minn 27 music vidjow. Imma dan il-kapitlu li qiegħed bħalissa fih jiena. Naħseb li huwa pakkett komplut".

Mis-sala kien hemm mistoqsija jekk The Clintess hijiex mara jew raġel. Hi tirrispondi ċar u tond. "Aktar kmieni din is-sena ħarġet l-aħbar li jiena gender-fluid. Jiġifieri t-titlu ta’ Sinjur idejjaqni. Min jgħidli Sinjur Clinton ma rridx! Bħala Clintess inħoss li jiena mara. Meta kont f’istadju ta’ Clinton Paul ma ridtx titlu. Imma bħalissa jien qed naċċetta l-parti femminili tiegħi. Meta nikteb fuq il-paġna ta’ Facebook dejjem nuża aġġettivi femminili. Issa inqis lili nnifsi bħala tfajla".

Tista' ssegwi l-intervista sħiħa hawn: 

Eurovisionfest / Youtube

Ħajr lil Sibtek u l-Arkiviji tal-PBS


Anthony Baldacchino