Id-duo komiku Danusan vera kważi biċċa waħda... anke għeluq sninhom kważi jaħbat fl-istess ġurnata. Illum imiss lil Chrysander, magħruf aktar bħala Sander jew aħjar is-San ta' Danusan li jagħlaq żmienu!

Ritratt: Facebook / Chrysander Agius

Ħafna kienu dawk li awguraw lil Sander fuq il-paġna tad-duo, kien hemm min anke iċċajta u qallu li jinsab pass eqreb għal karta anzjan! Waqt li oħrajn mal-awgurju tagħhom qalulu sabiex ikompli jneħħilhom id-dwejjaq biċ-ċajt tiegħu.

Ritratt: Facebook / Chrysander Agius

Fatt kurjuż hu li barra is-San, illum jaħbat ukoll għeluq snin Minnie li Sander kien jippreżenta magħha Mini Bugz. Toni Busuttil, magħruf ukoll bħala Toni tal-van, kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu jawgura lil "dawn iż-żewġ ħbieb tal-qalb.Nawguralkhom dak kollu li tixtieq qalbkhom."

Ritratt: Facebook / Toni Busuttil

Aħna f'isem Gwida.mt ningħaqdu ma' Toni sabiex nawguraw lil Sander u lil Minnie l-isbaħ xewqat f'għeluq sninhom.

Facebook / Chrysander Agius


Emil Calleja Bayliss