Theresa Ann tgħaddi messaġġ biex lil dawk li nħobbu nagħmlu kuntatt magħhom ta' spiss u ngawduhom kemm nistgħu qabel ma jgħaddu għall-ħajja ta' dejjem u jispiċċa jkun tard wisq.

Hi tibda billi tgħid, "Lil min inħobb ... inċempillu. Lil min inħobb ... nibgħatlu messaġġ. Lil min inħobb ..... nieħdu ritratt ta' memorja. Lil min inħobb..... nimmissjah. Lil min inħobb .... inkun irrid inqatta' ħin miegħu. Lil min inħobb ... inkun irrid nisma' leħnu."

Theresa tkompli tgħid, "Issa jien tant inħobbok Mari u ma nista' nagħmel l-ebda minn dawn t'hawn fuq!! Jekk tħobb ... gawdi kemm tista' l-persuna għax wara ... tard wisq..."

Probabbli dawk kollha li tilfu lil xi ħadd li għadda għall-ħajja ta' dejjem jista' jirrelata ma' dan il-kliem xi ftit aktar.

Facebook / Theresa Ann Cachia


Gwida.mt