Fuq il-programm Marelli, preżentat minn Maria Formosa, is-Sibt li għadda ltqajna ma' Tony u Jeanesse. Storja li żgur li tmisslek qalbek. Jeanesse tilfet lill-għażiża ommha xi snin ilu, ommha mardet meta kellha 52 sena u l-aħħar kelma li kienet qalet lil żewġha kienet li jibqa' jieħu ħsieb lit-tfal.
Illum missier Jeanesse għandu 75 sena, dieħel għal 76 u l-inkwiet tiegħu kien x'ħa jiġri minn Jeanesse meta jiġi nieqes hu. Għalkemm hi għandha żewġ ħutha, it-tnejn li huma jgħixu barra minn xtutna u ovvjament Jeanesse ma tixtieq li tkun ta' piż fuq ħadd. Jeanesse kienet tkellmet u esprimiet il-ħolma tagħha, "Nixtieq li ngħix ħajja indipendenti u li nsib posti ħalli missieri jkollu moħħu mistrieħ qabel ma jmut. Dik il-ħolma tiegħi."
Ħolma li grazzi għal DAR Bjorn saret reali meta Jeanesse ngħaqdet fir-residenza ta' DAR Bjorn ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Missierha llum il-ġurnata moħħu mistrieħ li Jeanesse għandha l-kura kollha li għandha bżonn u qiegħda taħt l-aqwa idejn. Jeanesse tinsab kuntenta mmens f'DAR Bjorn. Jeanesse ikollha ġranet iebsin, iżda l-karattru pożittiv tagħha żgur li jgħinha li tkompli tiġġieled biex tgħix ħajja normali.
Meta saqsew lil missier Jeanesse xi tfisser bintu għalih, bid-dmugħ f'għajnejh jgħid, "Kollox. Ħajti. Jeanesse kollox għalija, ħajti." Kemm ilha li daħlet DAR Bjorn, Jeanesse tinsab kuntenta mmens, speċjalment meta tiġi żżurha Dora, il-kelba tal-familja, li qisha t-tifla ta' Jeanesse. Missierha b'daħka jgħid li bintu biex tiċċajta tgħidlu jekk ma tkunx ħa ġġib lill-kelba, tiġi xejn!
Jeanesse tħobb is-safar, tant u hekk li hi u missierha kellhom iċ-ċans li jmorru diversi postijiet differenti. Minkejja l-ostakli li tiltaqa' magħhom ma tħalli lil ħadd u xejn iwaqqafha milli tagħmel il-ħolm tagħha realtà. Hi rnexxielha tikseb 7 'O' Levels u bħalissa għaddejja tgħin lil Dar Bjorn fil-marataon ġbir ta' fondi li għandhom ġejja fl-24 ta' Settembru bl-isem 'Il-Mirakli Jsiru". Jeanesse ħa tkun qed tgħin lil DAR Bjorn fil-qasam tal-marketing.
Int tista' tkompli tgħid lil DAR Bjorn iwettqu x-xewqat tagħhom u ta' tant nies permezz tad-donazzjonijiet tagħkom. Wieħed jista' jagħti d-donazzjonijiet tiegħu f'dan in-numri: