Għat-tieni sena konsekuttiva ħa jirritorna X Factor Malta fuq l-istazzjon nazzjonali u wara r-rebħa tal-kantanta Michela Pace, kantanta pjuttost ġdida għax-xena lokali, wieħed irid jara jekk l-istaġun ta’ din is-sena hux ħa jkun iddominat minn kantanti ġodda jew dawk li wiċċhom mhux ġdid għat-telespettatur.

Fost l-aħħar erbgħa, il-kantanta Petra kienet il-wiċċ familjari ma’ bosta iżda t-tliet kantanti l-oħra kienu relativament ġodda fix-xena lokali. Kif rajna li jkollok isem, f’din il-kompetizzjoni mhux ħa jagħmel differenza kbira però l-esperjenza ta’ avvenimenti varji dejjem tgħin xi ftit.

Wieħed jistaqsi jekk ir-rebbieħ ta’ din l-edizzjoni hux ħa jkun ir-rappreżentant ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest! Numru ta’ kantanti bdew jixħtu fuq il-midja soċjali tagħhom li applikaw għat-tieni staġun u bla ma rridu ninsabu ħerqana biex naraw x’ħa joffru u sal-liema fażijiet dal-kantanti ħa jaslu.

Jasmine Abela

Rajnieha darbtejn fil-Malta Eurovision Song Contest u waqt numru ta’ avvenimenti lokali inkluż fil-kunċerti tal-musical popolari Ġensna.

Rhiannon Micallef

Rajnieha wkoll darbtejn fil-Malta Eurovision Song Contest u hija parti minn Animae Gospel Choir. Dejjem saħħret lil udjenzi bil-vuċi soul tagħha.

Miriana Conte

Wiċċ familjari li rajna fil-finali ta’ X Factor Malta permezz tal-grupp 4th Line u darbtejn ukoll fil-Malta Eurovision Song Contest.

MATT BLXCK

Matt rajnieh fis-six chair challenge s-sena l-oħra u għas-segwaċi tal-Malta Eurovision Song Contest żgur li jiftakruh fil-finali tal-2018.

Francesca Borg

Wiċċ li uħud taf jiftakruh mill-Malta Eurovision Song Contest tal-2012, jew aktar riċenti fil-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2017 fejn kisbet it-tielet post.

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss