Minħabba s-sitwazzjoni preżenti il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 se tkun biss għat-televiżjoni bi produzzjoni televiżiva mill-PBS. Din is-serata li intom ilkoll tistgħu taraw ħa tkun trażmessa nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru.

Fl-aħħar ta’ dan il-festival jitħabbru r-rebbieħa ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020. Hekk it-telespettaturi se jgawdu minn xalata ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, b’messaġġi li jolqtu lilna wkoll.

Il-mistieden speċjali ta’ dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-kantawtur lokali is-sena l-oħra rebaħ l-edizjoni bil-kanzunetta Il-Verità.

Agħfas fuq isem il-kanzunetta biex tkun tista' tismaha:


Anthony Baldacchino