Ix-xogħol tal-Pulizija ma jieqaf qatt u dejjem għandna naprezzaw ix-xogħol li jagħmlu għall-ġid ta’ Malta u għas-sigurtà tal-Maltin.

Fuq il-paġna tal-Korp tal-Pulizija wieħed jista’ jara l-impenn li kellu l-Korp il-ġimgħa l-oħra. Fost il-ħafna arresti li saru kien hemm arresti fuq serq ta’ żewġ arloġġi, sar arrest lil raġel li rreżista u attakka Surġent tal-Pulizija u saq b’mod perikoluż, u arrest f’Għawdex fejn raġel inqabad jisraq minn ġo vettura, fost arresti oħrajn. Rigward ksur tal-miżuri tal-Covid-19 ħarġu 23 multa.

Nirringrazzjaw lill-Korp tal-Pulizija tax-xogħol siewi li dejjem jagħmlu.

Facebook / The Malta Police Force


Gwida.mt