Illum jagħlaq sninu Brian Farrugia jew kif baqa' magħruf ma' ħafna s-Supretendent Leonard ta' Simpatiċi, il-full moon. Kien bosta atturi u ħbieb li għaddewlu l-messaġġi ta' awguri f'dan il-jum speċjali.

Għalkemm ilna xi ftit ma naraw lil Brian fuq it-televiżjoni, dawk midħla tal-palk jarawh kull sena fil-pentow bil-Malti li titella' fl-Istitut Kattoliku minn Pawlu Testa. Sfortunatament is-sena li għaddiet din tħassret iżda wieħed ħerqan biex jara jekk din is-sena jkun possibbli li ssir.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Brian l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Nittamaw li jkollu jum mimlija b'dak kollu li jixtieq, imdawwar bl-għeżież tiegħu.

Facebook / Claire Magro


Emil Calleja Bayliss