Matul l-għaxar episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser jitkellmu dwar is-superstizzjonijiet. Kull pajjiż tista’ tgħid li għandu s-superstizzjonijiet tiegħu. F’Malta wkoll kellna bosta superstizzjonijiet. Illum il-ġurnata dawn is-superstizzjonijiet għadhom jeżistu? Għad hawn nies jemmnu bis-superstizzjonijiet?
Illum għadu jsir tbaħħir fid-djar kontra l-gwaj? Il-mistieden magħna fil-panel se jkun l-istoriku Mario Coleiro. Matul il-programm se jkollna wkoll kollegament awdjo-viżiv ma’ Vanni Pule’ li huwa studjuż kritiku tal-paranormal u Chairperson tal-għaqda Maltija tax-xettiċi. Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM u l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+.
Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967. L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions.