Ilbieraħ sar il-konkors ta' Ivan Gaffiero Mrs and Mr Malta 2022, fejn rajna numru ta' rebbieħa li rnexxielhom jirbħu titlu li żgur ser jgħinhom jikbru u jkomplu tilgħin 'il fuq fil-karriera tagħhom tal-immudellar.

Fost ir-rebbieħa tal-bieraħ kien hemm:

  • Mrs Malta 2022: Mrs. Mosta - Christine Camilleri - omm ta' tifel ta' sena u miżżewġa
  • Mr Malta: Mr Fgura - Terence Abela - L-ewwel esperjenza għalih, u issa se jkollu ċ-ċans jirrappreżenta lil Malta fil-Mr Man Hunt ġewwa l-Filippini
  • Mrs. Top Model Of Meditarranean: Rachel Portelli minn Nadur, Għawdex
  • Teens: Ilyana Cauchi minn Vittoriosa, Għawdex
  • Mrs. Beauty Of Malta: Mrs. Santa Venera - Therese Zammit
  • Mrs. Maltese Elegant: Mrs. Gżira

Ivan għandu kliem ta' gratitudni u apprezzament għal dan is-suċċess li kiseb għal darb'oħra, b'serata li tant ippremjat talenti lokali. Ivan dalgħodu kiteb, 

"Ma stajx nibda dil-gurnata u ma nigiex nghid grazzi kbira lil-Madonna ta kull ma taghmel mieghi. Is-sahha u l-energija li tini biex naghmel tant affarjiet. Is-success tal-bierah kien holma u Sar realta ."

Prosit Ivan u nawgurawlek għal iktar organizzazzjonijiet mill-aqwa! Minn qalbna nifirħu lir-rebbieħa kollha tal-bieraħ kif ukoll lis-60 parteċipant u parteċipanta li taw spettaklu grandjuż!


Kyle Zarb