Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Geordie u Deborah ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ u ċċelebraw ilkoll flimkien mal-familjari u l-ħbieb tagħhom. L-għarajjes kantaw lil xulxin fil-quddies u l-għarus kellu sorpriża oħra tistennieh.
Filmat: John Nicholas Galea
Deborah pjanat li jkollha kanzunetta oriġinali miktuba, kanzunetta sabiex turi lil Geordie kif l-imħabba tiegħu biddlitilha ħajjitha u kif persuna li int ma tafx, jista’ jispiċċa l-imħabba ta’ ħajtek. Deborah kellmet lil Rita Pace u lil Marco Debono sabiex flimkien kitbu din il-kanzunetta ta’ imħabba, kanzunetta b’sorpriża lil maħbub tagħha bl-isem ta’ Perfect Stranger.
Ritratt: Facebook / Deborah Debono - Icam Studios
Deborah tistqarr li kienet taf li ħa tkun emozzjonata ferm biex tkanta l-kanzunetta allura ħejjiet ukoll filmat sempliċi għal magħha u tgħid li l-isbaħ esperjenza kienet li tara għajnejn il-maħbub tagħha jimtlew bid-dmugħ. Ir-rispett u l-imħabba huma l-ispirazzjoni wara dan kollu, tgħidlu nħobbok illum u għal dejjem.
Ritratt: Facebook / Deborah Debono - Icam Studios
Fatt kurjuż dwar it-tieġ ta’ din il-koppja, li żifnu l-ewwel żifna mal-vuċijiet tagħhom stess. La tkun tkanta sabiħ li tiżfen mal-vuċi tiegħek, mal-kanzunetta li tkun għażilt biex tiċċelebra dan il-jum tant speċjali. Minn hawn nifirħu l-koppja li jidher biċ-ċar li kellhom tieġ kif verament xtaqu.
Ritratt: Facebook / Deborah Debono - Icam Studios
Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u futur feliċi flimkien. Awguri Geordie u Deborah!
Facebook / Deborah Debono - Icam Studios