Bla ma trid, il-ġimgħa tqum b'dik id-doża ta' enerġija aktar mis-soltu dan għaliex tmiem il-ġimgħa jkun jinsab wara l-bieb. Iżda sa flgħaxija dik l-enerġija żejda li jkollok bħal tisparixxi u tgħib fix-xejn!

L-għajja tal-ġimgħa tispiċċa taqa' kollha kif tkun fi triqtek id-dar u kull pjan li jkollok biex tiċċelebra tmiem il-ġimgħa jisfaxxa fix-xejn. Tispiċċa ssib kull skuża possibli sabiex tibqa' d-dar... imbagħad tiftakar li trid issib l-enerġija sabiex isajjar xi ħaġa.

Imma wara li tibda taħseb x'ħa ssajjar malajr tiddeċiedu li l-aqwa ħaġa hi li tordna xi pizza mill-aqwa. Jekk xi ħadd id-dar ma jkunx irrid pizza, malajr tista' ssib xi ħaġa varjata. L-għażla naturali hi Pulcinella.

View this post on Instagram

A post shared by Pulcinella Cafe & Pizzeria (@pulcinella_hamrun) on

Il-pizza tagħhom hi waħda unika u li tasal wara l-bieb tad-dar tiegħek bla problemi ta' xejn ċertament li tgħin sabiex tinżillek għasel! Jekk int veġitarjan jew forsi vegan, għandhom xi ħaġa għalik ukoll tinkwetax.

View this post on Instagram

A post shared by Pulcinella Cafe & Pizzeria (@pulcinella_hamrun) on

Pulcinella għadhom kif varaw menu ġdid u minn żmien għal żmien, ikollhom xi offerta li tgħodd għalik ukoll. Wieħed tajjeb li jsegwi l-paġna ta' Facebook tagħhom billi jafgħas HAWN biex iżomm ruħu aġġornat. Tajjeb li tkunu tafu li anke pizza gluten free issibulhom - u vera tajba!

View this post on Instagram

A post shared by Pulcinella Cafe & Pizzeria (@pulcinella_hamrun) on

Jekk illejla ma għandekx aptit issajjar, taf eżatt x'għandek tagħmel. Ċempila b'dak li tixtieq lil Pulcinella fuq T: 2124 2084 / 79085117 u l-ikel ikun wara l-bieb tad-dar tiegħek f'qasir żmien.

Instagram / Pulcinella Ħamrun


Emil Calleja Bayliss