Is-Soċjetà Mużikali Santa Marija, Qrendi, tixtieq turi d-dispjaċir tagħha għat-telfa tas-sur Raymond Vella Gregory li għal żmien twil mexxa l-festa ta' Santa Marija bħala s-supretendent tad-distrett.

Fuq il-paġna ta' Facebook sellmu l-memorja tiegħu: "F'dawn il-mumenti diffiċli, solidarjetà sħiħa tmur mal-familja tiegħu b'mod speċjali mal-vidjografu tas-Soċjetà tagħna Simon Vella Gregory."

F'isem tim Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi lil familja Vella Gregory. Strieħ fis-sliem Raymond! 

Facebook / Soċjetà Mużikali Santa Marija, Qrendi


Kylie Ann Chircop