Ftit tal-jiem ilu ġie mħabbar li beda l-iffilmjar tas-sitt staġun tas-serje Brittanika Peaky Blinders li tixxandar fuq BBC. Dan l-istaġun ser ikun l-aħħar wieħed ta’ dan is-serje tant maħbub, imma l-kreatur ta’ Peaky Blinders, Steven Knight, qal li dan mhux ħa jkun it-tmiem. Dan għaliex ser ikun qed jinħadem film li jaf jagħti bidu għal xi ‘spinoff series’ marbut ma’ Peaky Blinders.

Knight ammetta li s-sitwazzjoni tal-Coronavirus ħarbtet xi ftit mill-pjanijiet li kellhom f’moħħhom imma l-pjan tiegħu mill-bidu kien li jagħlaq dan is-serje b’film.

Għalkemm għadha mhux magħrufa d-data ta’ meta ser inkunu nistgħu naraw is-sitt staġun ta’ Peaky Blinders, wieħed jista’ jsegwi l-ħames staġuni l-oħra fuq Netflix. Sadanittant nistennew it-tħabbir tad-data sabiex inkomplu nsegwu l-avventura tal-familja Shelby.


Henzley  Bezzina