Is-sit tal-GeoHub għandu l-faċilità li jassistik dwar fejn jinsabu uffiċini tal-Gvern, bereġ u sptarijiet, spiżeriji, faċilitajiet sportivi, skejjel u childcare centres, siti storiċi, mużewijiet u attrazzjonijet taħt il-baħar, kif ukoll tagħrif ieħor.

L-iskop ewlieni ta' dan is-sit huwa li joffri opportunità li wieħed jiskopri u jaċċessa informazzjoni dwar temi li jinteressawh fosthom l-edukazzjoni, is-saħħa u t-trasport. Din l-assistenza toffri aċċess għall-mappa ta' Malta, Għawdex u Kemmuna li tipprovdi informazzjoni dwar dak li jkun qed isir, fosthom it-toroq li jkunu magħluqin minħabba xogħlijiet ta' manutenzjoni. 

Barra minn hekk, tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn entitajiet differenti sabiex jaqsmu u jipprovdu din l-informazzjoni b'mod korrett u immedjatament. 

Żur is-sit hawnhekk: https://geohub.gov.mt/

Facebook / Is-Servizz Pubbliku 


Kylie Ann Chircop