Waqt il-programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa ta' Mark Laurence, tkellem il-kantant Janvil. Janvil fuq il-programm qal li kellu l-Covid-19 u spiċċa għamel tlitt ijiem l-isptar. Hu daħal l-isptar b'uġigħ kbir f'sidru u sakemm wasal ħassu ħa jmut.

Dan kien wieħed mis-sintomi li kellu minħabba l-Covid-19. Infatti waqt il-programm jgħid li hu baqa' l-isptar minħabba l-istess uġigħ f'sidru li fl-aħħar irriżulta li kien mill-Covid-19. Hu jgħid li llum il-ġurnata hu ħarira inkwetat għax ma jafx x'jista' jiġri jekk jerġa' jaqbdu u x'jistgħu jkunu l-effetti.

Janvil jistqarr, "Ħassejtni qisni għamilt xi ħaġa ħażina meta tawni r-riżultat." Hu jgħid li kien qed joqgħod tassew attent. Hu jistqarr ukoll, "Ma stennejtx li ħa nkun proprju jien li ħa ngħaddi minn din l-esperjenza."

Hu jgħid li għad għandu xi mistoqsijiet u forsi xi sintomi strambi li qatt ma ħass qabel u bla ma jrid iwaħħal fil-Covid-19. Din jgħid li hi "sforz il-biża' li ħadd ma jaf xejn fuqu." Janvil jagħlaq billi jirringrazzja n-nies tal-IDU li jagħmlu minn kollox biex jgħinu lil dawk li jidħlu ta' fuqhom senduqhom u jkollhom bżonn l-għajnuna.

Facebook / Ian J Vella


Emil Calleja Bayliss